LEZZJONIJIET GĦALL-ĠENITURI
LI WLIEDHOM GĦANDHOM
DIFFIKULTAJIET TA’ TAGĦLIM
L-ammont ta` ġenituri li għandhom uliedhom b`diffikultajiet ta` tagħlim qiegħed dejjem jiżdied. Permezz tal-fond Kunsill Malti għas-Settur Volontarju, il-Fondazzjoni Anton Buttiġieġ offriet seba' lezzjonijiet ta` siegħa il-waħda li fihom esperti f`dan il-qasam tkellmu mal-ġenituri sabiex jgħinuhom jifhmu iktar dawn id-diffikultajiet ta` tagħlim u jagħtuhom l-għodda neċessarja biex ikunu f`pożizzjoni aħjar biex jgħinu lit-tfal tagħhom.

L-Ewwel Lezzjoni

Il-Ħamis 21 ta` April 2016 6:15pm – 7:15pm; Osborne Hotel, Valletta

Introduzzjoni għal diffikultajiet ta' tagħlim. Diskussjoni mat-tfal, il-ġenituri u esperti.

It-Tieni Lezzjoni

Il-Ħamis 28 ta` April 2016 6:15pm – 7:15pm; Osborne Hotel, Valletta

Assessment u evalwazzjoni. Meta għandek tirreferi t-tfal tiegħek għall-għajnuna u fejn għandek tmur.

It-Tielet Lezzjoni

Il-Ħamis 5 ta` Mejju 2016 6:15pm – 7:15pm; Osborne Hotel, Valletta

L-importanza li nintervjenu mat-tfal li għandhom diffiikultajiet ta` tagħlim minn kmieni u fil-ħin.

Ir-Raba' Lezzjoni

Il-Ħamis 12 ta` Mejju 2016 6:15pm – 7:15pm; Osborne Hotel, Valletta

L-esperjenza ta` tfal li għandhom diffikultajiet ta` tagħlim waqt l-iskola primarja u dik sekondarja.

Il-Ħames Lezzjoni

Il-Ħamis 19 ta` Mejju 2016 6:15pm – 7:15pm; Osborne Hotel, Valletta

Min jista jgħin? Diskussjoni dwar dawk l-entitajiet kollha li jistgħu jagħtuna l-aqwa għajnuna.

Is-Sitt Lezzjoni

Il-Ħamis 26 ta` Mejju 6:15pm – 7:15pm; Osborne Hotel, Valletta

Il-futur ta` dawn it-tfal: Kif se jiksbu akkreditazzjoni u kif se jsibu xogħol?

Is-Seba' Lezzjoni

Il-Ħamis 2 ta` Gunju 6:15pm – 7:15pm; Osborne Hotel, Valletta

Il-ħidma li qegħda ssir f'dan il-qasam biex negħlbu l-sfidi.

MESSAĠĠ MINN

Dr. Ruth Falzon

Bħala ġenituri, persuni li nħaddmu u anke bħala individwi li għandna ħbieb jew membri tal-familja li għandhom diffikultajiet ta tagħlim, ħafna drabi irridu nkunu protagonisti. Biex nagħmlu dan, hemm bżonn li nkunu mgħallma fuq is-suġġett. Dan il-kors se jagħti l-opportunità lill-parteċipanti biex jifhmu iktar xi nfissru meta nghidu ‘diffikultajiet ta’ tagħlim’ u ADHD u jagħrfu meta u kif ifittxu għall-għajnuna.

L-għajnuna li tingħata tvarja skont l-età u l-fażi tal-ħajja tat-tfal. Huwa għalhekk li dan il-kors jagħti informazzjoni speċifika u relatata fuq it-tfal li għandhom diffikultajiet ta’ tagħlim sa minn età żgħira, l-ewwel snin li jibdew imorru l-iskola, lil’hinn mill-klassi u iktar tard meta jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

MESSAĠĠ MINN

Dr. Aaron Farrugia

Fl-aħħar xhur iltqajt ma’ ġenituri li għandhom uliedhom b’diffikultajiet ta’ tagħlim. Filwaqt li lkoll jirrikonoxxu l-ħidma kbira li saret fl-aħħar snin biex iffaċilitat il-ħajja ta`dawn it-tfal, ħafna minnhom kellmuni dwar il-problemi li jiltaqgħu magħhom, fosthom l-inċertezza u l-burokrazija żejda. Iżda fuq quddiem nett, in-nuqqas ta’ għarfien ta’ kif iġibu rwieħhom u fuq kollox, meta u fejn għandhom jitolbu l-għajnuna.

Fondazzjoni Anton Buttigieg iddeċidiet li tipprovdi numru ta’ lezzjonijiet minn persuni li jispeċjalizzaw f`dawn l-oqsma. Il-lezzjonijiet huma mmirati għall-ġenituri ta’ tfal b’diffikultajiet ta’ tagħlim. Nemmnu li edukazzjoni inklussiva għandha twassal għal soċjetà inklussiva. Ħadd ma jgħallem lill-individwi kif għandhom ikunu ġenituri u wisq inqas kif tkun ġenitur b’dawn l-isfidi. Għalhekk, jekk int wieħed minn dawn il-ġenituri, nistiednek tapplika u tattendi.

Fondazzjoni Anton Buttigieg

Founded in 2014 by Dr Aaron Farrugia, the Anton Buttigieg Foundation aims to work within the communities, the families and the people of the first electoral district in Malta, namely Valletta, Marsa, Pietà St. Venera, Floriana and Ħamrun. The Foundation seeks to promote social awareness, tolerance, and compassion amongst the people of the first district whilst focusing on education as the primary tool for social and economic development. Above all, the Foundation’s mission is to dramatically improve the quality of life of the residents through numerous innovative projects inspired by their potential and aspirations. In so doing, it endeavours to establish connections, bring together resources, expertise and vision, in order to identify issues, develop and implement strategies for change.

The Foundation works closely with its partners to support innovative methods to reach the people who are most in need and to eliminate poverty and social inequality. It is the goal of the Foundation to be a catalyst of social, educational and economic development in the hope of becoming a permanent home for people of the first district for generations to come.

Tel: 9982 9944 | Address: Blk D Flat 1, Odeon Court, Triq id-Duluri, Ħamrun